Lokali

Il-100 anniversarju ta’ Magro Brothers

Nhar id-29 ta’ Mejju Magro Brothers ċċelebraw il-100 sena mit-twaqqif tal-kumpanija.

Waqt din l-attivita’ ġie mniedi il-ktieb l-isem ta’ ‘A Century of Enterprise’, li juri kif kibret il-kumpanija ta’ Magro Brothers tul l-aħħar 100 sena. Dan il-ktieb inkiteb minn Joseph Bezzina. Il-qliegħ ta’ dan il-ktieb se jmur għall-Malta Community Chest Fund u The Marigold Foundation

Din l-attività bit-tema tal-festa, kienet organizzata f’Villa Rundle Gardens, ir-Rabat Għawdex.

Preżenti għal din l-attivita’ kien hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, kif ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.