Ekonomija Lokali Parlament

Il-Baġit ma fiħx miżuri kontra l-faqar – il-Partit Komunista ta’ Malta

Il-Partit Komunista ta’ Malta qal li l-Baġit 2016 fih nuqqas ta’ viżjoni dwar l-importanza li togħla l-paga minima li hi essenzjali għal ħafna ħaddiema li jaħdmu f’xogħol prekarju fosthom dawk fuq bażi part-time u dawk b’kuntratt definit. Għalhekk il-Baħit ma fiħx miżuri kontra l-faqar.

Min-naħa l-oħra il-Partit Komunista laqgħet il-miżura biex il-ħaddiemas fuq paga minima ma jħallsux taxxa. Il-Baġit ma jindirizzax is-sitwazzjoni prekarja tal-faqar fost il-pensjonanti tal-llum.

Il-Partit Komunista qal li t-tnaqqis tat-taxxa lil dawk li jaqilgħu inqas minn €19,000 hi pożittiva imma meta mqabbel mat-tnaqqis tar-rata li ngħatat lil dawk li jaqilgħu ħafna fil-Baġit ta’ qabel, din ma tindirizzax l-inugwaljanza soċjali.

Il-Partit Komunistalaqa’ l-miżuri biex tkun miġġielda l-esplojtazzjoni tal-immigranti irregolari u prattiċi ta’ xogħol abbużivi f’kuntratti tal-Gvern. Talab ukoll lil Gvern jintroduċi liġi kontra x-xogħol prekarju.