Lokali

Il-Bank of Valletta jestendi l-ħinijiet tal-ftuħ tiegħu għax-xhur tax-xitwa

Il-Bank of Valletta ħabbar li ħdax-il fergħa tiegħu se jkunu qed joffru sigħat tal-ftuħ itwal matul ix-xhur tax-xitwa.

Min-nhar it-Tnejn, 3 ta’ Ottubru 2016, il-fergħat f’ċerti lokalitajiet se jkunu miftuħa għan-negozju bejn l-4.30 pm u s-7.00 pm.

Dawn se jkunu :

It-Tlieta – Mosta, Żejtun

L-Erbgħa – Naxxar, Rabat (Għawdex), Ħaż-Żebbuġ

Il-Ħamis – San Ġwann

Il-Ġimgħa – Gżira, Mosta, Preluna Towers Tas-Sliema, Ħal-Qormi, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Żurrieq