Lokali

Il-Baronessa Patricia Janet Scotland is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Commonwealth

Il-Baronessa Patricia Janet Scotland hi s-Segretraju Generali l-ġdid tal-Commonwealth. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet wara li saret il-votazzjoni sabiex jinħatar Segretarju Ġenerali ġdid tal-Commonwealth.

Patricia Janet Scotland hi l-ewwel mara li qed tokkupa din il-kariga deskritta minnha stess bħala rwol importanti fejn se jkollha kuntatt ma’ 53 pajjiż li jiffurmaw il-Commonwealth.

F’kummenti lill-media, waqt konferenza tal-aħbarijiet, wara li saret l-elezzjoni li damet aktar milli kien mistenni, Il-Baronessa Scotland qalet li l-ħidma taghha se tkun qed tiffoka primarjament sabiex tippromwovi d-drittijiet tan-nisa fuq l-agenda tal-pajjizi tal-Commonwealth.

Hi qalet li fil-Commonwealth hemm pajjizi bi sfidi u prijoritajiet differenti izda bhala segretraju generali hi se tkun qed tiffoka fuq dak li jgħaqqad lill-pajjiżi u mhux fuq dak li jifridhom.

Fuq dak li jifred lill-pajjiżi tal-commonwealth, fuq livell ta’ drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fost oqsma oħra, Patricia Scotland qalet li sabiex il-pajjiżi jkunu kollha fuq l-istess livell, irid ikun hemm ir-rieda tal-mexxejja.

Il-Baronessa Scotland għandha 60 sena u hi minn Dominica, fil-Karibew. Hi se tkun qed tibda tokkupa l-kariga minn April tas-sena d-diehla.