Ambjent Lokali

Il-familja tal-ex deputat Laburista Bertu Pace tikseb permess f’żona ODZ

Struttura f’għalqa f’żona ODZ li fiha snin twal ilu kienu jinżammu ftit nagħaġ kienet ikkunsidrata mill-Awtorità tal-Ippjanar bħala razzett u wasslet biex l-Awtorità approvat l-applikazzjoni tar-raġel tat-tifla tal-ex Deputat Laburista Bertu Pace biex jibni villa.

Kienu biss id-Deputat Nazzjonlaista Ryan Caallus u Nature Trust li fil-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ivvotaw kontra li tinbena villa f’żona ODZ fis-Siġġiewi; liema villa kienet fiċ-ċentru ta’ kontroversja kbira. Bħalissa Bertu Pace hu wkoll konsulentt tal-Ministru Roderick Galdes u attenda għas-seudta tal-Awtoprita tal-Ippjanar. Għall-familja Pace dehru quddiem il-MEPA, il-Perit u deputat Laburista Charles Buhagiar u l-Avukat Edward Gatt.

Il-kaz sar kontoversjali wara li kien stabbilit li ufficjal tal-Ministeru ta’ Roderick Galdes kien iffirma ittra li fiha kien hemm informazzjoni skorretta. L-Avukat Edward Gatt qal li l-ittra fil-fatt ma kellhiex tinhareg mill-ufficjal li harigha iżda fiha kien hemm informazzjoni kroretta.

Il-familja Pace ippreżentat ukoll numru ta’ affidavits li fiha kien stabbilit li fil-passat il-post kien jintuża bħala razzett. Xehed ukoll l-Assistent Veterinarju li qal li hu kien imur ilaqqam l-annimali fl-istruttura.

Xhud ieħor favur Pace kienet Carmela Scehmbri, it-tifla tas-sid oriġinali tal-għalqa, li xehedet li meta kienet żgħira kienet tilgħab man-nagħaġ fl-għalqa. Irriżulta wkoll li l-istruttura ilha ma tintuża mill-2000 u tħalliet abbandunata.

Oriġarjament il-permess kien għal store u garaxx iżda aktar tard beda jintuża biex jinżammu xi annimali.

Id-deputat Nazzjonalista u membru fil-Bord tal-Awtorrità tal-Ippjanar Ryan Callus qal li d-dipartiment Veterimnarju kien irtira l-ittra orġinali tiegħu u fil-fatt qatt ma kkonferma li l-post kien użat bħala razzett. Hu perikoluż, sostna Ryan Callus, li l-Awtorità tal-Ippjanar tiddeċiedi każ fuq l-affidavits u mhux fuq id-dokumenti meħtieġa. Ryan Caallus qal li bla dubju li kamra b’sitt nagħġiet ma tistax tkun ikkunsidrata razzett u għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tapprova li din il-kamra tkun konvertita f’villa f’ODZ. L-Awtorità tal-Ippjanar qed tiftaħ il-bibien għal każi simili, sostna Ryan Callus.

Id-Deputat laburista Joe Sammut spjega li sa ħames nagħġiet, l-annimali jkunu kkunsidrati bħala pets iżda għal iktar annimali irid ikun hemm il-permess.

Fi tmiem il-laqgħa tal-bord u wara l-vot, il-familja Pacee esprimiet sodisfazzjon li kien irniexxielha ttikseb permess biex tibni villa minFlok struttura li kienet store, garaxx u fiha kienu jinżmamu xi annimali.