Futbol Sport

Il-finali se tintlagħab bil-bibien magħluqa

Wara li rċeviet kommunikazzjoni mill-Pulizija, il-Futsal Malta Association ikkummisjonat studju minn kumpanija tal-immaniġjar tas-Sigurta biex jevalwaw iċ-ċirkustanzi kurrenti.

Spezzjoni fuq is-sit saret u intervistaw numru ta’ persuni. Skont ir-Risk Assessment li rċeviet dalgħodu, l-FMA ġiet avżata b’mod kategoriku biex il-finali tintlagħab bil-bibien magħluqa, minħabba s-sigurta, bl-għan li tagħti s-sigurtà lill-pubbliku.

Minkejja li l-FMA hi mdejqa b’din ir-rakkomandazzjoni għaliex tilfet opportunità li tagħti reklam lill-isport f’livell għoli, l-assoċjazzjoni tħoss is-sigurta pubblika.

Għalhekk l-FMA informat lill-klabbs li t-tielet finali għar-rebħ tal-kampjonat se tintlagħab għada fit-8.00pm bil-bibien magħluqa.