Internazzjonali

IL-ĠERMANJA: Se tibgħat l-ajruplani lejn is-Sirja

Il-Ġermanja għandha tibgħat ajruplani tat-tip ‘Tornado’ biex jaqdu missjonijiet ta’ sorveljanza b’appoġġ għal Franza fil-ġlieda kontra l-militanti tal-ISIS fis-Sirja.
Henning Otte, espert tad-difiża u deputat tal-Partit CDU (fil-Gvern) tal-Kanċillier Angela Merkel, fi stqarrija qal li l-Ġermanja se tkun kontributur aktar attiv milli kienet s’issa.
Skont Otte, il-Ġermanja mhux talli se ssaħħaħ il-missjoni tat-taħriġ tagħha fit-Tramuntana tal-Iraq, talli, fost affarijiet oħra, se tikkontribwixxi għall-gwerra kontra t-terrur tal-ISIS bl-ajruplani tat-tip ‘Tornado’.
Il-Ġermanja qed tikkunsidra wkoll li tibgħat frejgata u ajruplani tar-refuelling bħala parti mill-missjoni.