Internazzjonali

Il-Ġermanja tikkunsidra li ddaħħal il-lieva

ARCHIV: Eine Ehrenformation der Bundeswehr, aufgenommen in der General-Olbricht-Kaserne in Leipzig waehrend des Rueckkehrappell der Soldaten der 13. Panzergrenadierdivision (Foto vom 04.05.10). Angesichts der massiven Sparzwaenge prueft das Verteidigungsministerium die Aussetzung der Wehrpflicht und eine Verkleinerung der Truppenstaerke von 250.000 auf 150.000 Stellen. Ein Ministeriumssprecher erklaerte, zur Vorbereitung der Kabinettsklausur "werden im Moment unterschiedliche Szenarien durchgerechnet. Dabei gibt es keine Denkverbote, aber auch noch keine Entscheidungen". (zu ddp-Text) Foto: Jens Schlueter/ddp

L-awtoritajiet fil-Ġermanja jistgħu mill-ġdid jintroduċu forma ta’ lieva għall-persuni ċivili bl-iskop li jgħinu lill-Armata tieħu ħsieb ‘diżastru tal-futur’. Fil-fatt, ir-rwol tal-persuni ċivili hu parti minn strateġija ġdida għad-difiża ċivili li l-Gvern, għada, se jiddiskuti f’Berlin.

F’każ ta’ kriżi potenzjali, iċ-ċivili jistgħu jkunu obbligati li jgħinu fit-tmexxija tat-traffiku jew jipprovdu l-fuel u l-akkomodazzjoni lill-militar.

Sadanittant, il-maġġoranza tal-Ġermaniżi ma jidhrux wisq ippreokkupati dwar l-istrateġija għal-lieva, li xi deputati fissruha bħala ‘spekulazzjoni intiża biex tbeżża’ lin-nies’.

Madankollu, il-kelma Wehrpflicht (lieva) kienet qed tispikka fuq id-diversi mezzi tal-medja soċjali fil-Ġermanja.

Il-Gvern Ġermaniż qal li filwaqt li ‘mhux probabbli’ li jseħħ diżastru fuq skala nazzjonali, jeħtieġu xorta t-tħejjijiet f’każ ta’ xi attakk terroristiku jew konflitt li jinvolvi mezzi ċibernetiċi li jħallu impatt negattiv għall-infrastruttura importanti.