Lokali

Il-GRTU b’appel sabiex it-tibdil fl-Air Malta ma’ jwassalx għal tnaqqis fis-servizz u l-kwalita’

It-tibdil fl-Air Malta ma jistgħux ikunu, u ma jridux iwasslu għal tnaqqis fis-servizz u l-kwalita li toffri l-linja tal-ajru. Jekk it-tibdil isir bi ħsieb mhux biss tista l-Air Malta toħroġ mill-problemi li qed taffaċċja fil-preżent, iżda anke tibda timxi lejn tkabbir. Minn naħa l-oħra – dan is-suċċess mhux se jiġi waħdu, u hemm bżonn ta’ ħidma serja f’dan ir-rigward.

Hekk stqarret il-GRTU fi stqarrija b’appell għall-tkabbir sostenibbli dwar ir-ristrutturazzjoni tal-linja nazzjonali Maltija. Il-Union irrikonoxxiet l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-Air Malta fl-ekonomija ta’ pajjiżna, fejn dan s-sehem fis-suq Malti irid jiġi msaħħaħ.

Il-GRTU fl-istess stqarrija indirizzat lill-Gvern, fejn appellat biex ma jsewwiex il-pannu bil-qar aħmar – ma jmur għall-soluzzjonijiet temporjanji sabiex l-intrapriżi jkollhom kontinwita u biex ikun hemm pjan b’viżjoni akbar mir-ristrutturazzjoni tal-Air Malta biss.

Il-Union qalet li tifhem li biex is-sħubija strateġika tkun ta’ suċċess hemm bżonn li rottot li mhux sostennibli jkollhom jiġu mwaqqfa – iżda dan għandu jiġi biss aċċettat jekk ir-riżultati jkunu garantiti, anke billi nħarsu lejn swieq ġodda. Il-Gvern irid jogħqod b’sebgħa għajnejn minħabba li dan il-pass li jitwaqqfu xi rottot tal-ajru, jista’ jwassal billi jkisser settui fl-ekonomija Maltija.
Il-GRTU ħeġġet biex ir-ristrutturazzjoni tal-Air Malta ssir mingħajr ma nitilfu s-sehem li ngawdu bħalissa fis-suq tat-turiżmu li tant ħdimna għalih fil-passat.

Il-Union temmet tgħid li ż-żieda fil-figuri tat-turiżmu dejjem imxew fl-istess rata mat-tkabbir tas-settur privat – u li t-turisti li jiġu f’pajjiżna ma jikkontribwixxux fl-industriji relatati direttament mat-turiżmu, iżda anke f’diversi setturi oħra tal-ekonomija Maltija.