Il-Ġurnali Dalghodu

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 29 ta’ Settembru.

IN-NAZZJON b’ritratt li juri l-bidu tas-sena skolastika fejn aktar minn 55,000 tifel u tifla rritornaw lura fuq il-bankijiet tal-iskola.

Anke illum, aktar aħbarijiet dwar l-iskandlu tal-visas u permessi ta’ residenza, bil-ġurnal TIMES OF MALTA jirrapporta kif il-Gvern qed jgħid illi m’hemmx għalfejn jiġi nvestigat iċ-chairman ta’ Identity Malta, Joe Vella Bonnici.

THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lill-Ministru Evarist Bartolo jgħid illi refuġjati f’pajjiżna għandhom jitħallew jaħdmu sakemm it-talba tagħhom għall-ażil tkun għadha qed tiġi proċessata.

L-ORIZZONT jirrapporta d-dettalji dwar il-mandat fil-Qorti li fetħet il-Malta Public Transport.