Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IN-NAZZJON b’ritratt mill-filmat imxandar mill-ISIS fejn il-bandiera Maltija tidher fost 60 bandiera oħra li skont l-Istat Iżlamiku jiffurmaw parti mill-‘koalizzjoni globali’ kontra l-Istat Iżlamiku. B’rapport intitolat ‘Min kellu jidħol, daħal’ fejn dan il-ġurnal jikkwota sors viċin is-Servizzi Sigrieti.

Anke THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt u rapport tal-filmat tal-ISIS li fih tissemma Malta. Il-ġurnal b’rapport ukoll dwar ittra li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker bagħat lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex iwssih dwar deadline biex Malta tonora obbligi Ewropej tagħhha.

TIMES OF MALTA b’rapport dwar l-ewwel ċens li qatt sar dwar żgħażagħ qiegħda u tikkwota lill-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid li s-sistema tal-iskejjel f’Malta tagħti vantaġġ lill-klassi medja u timbotta lil dawk fix-xifer tas-soċjeta’.

L-ORIZZONT b’rapport ‘Malta mħejja lejlet iċ-CHOGM’.