Gazzetti

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-GAZZETTI S-SIBT 28 TA’ NOVEMBRU 2015

IN-NAZZJON, THE MALTA INDEPENDENT u L-ORIZZONT fil-faċċata kollha fokkaw fuq iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-laqgħa taċ-CHOGM. In-Nazzjon tispjega kif il-ftuħ kien festa Maltija filwaqt li titkellem ukoll dwar l-elezzjoni ta’ l-ewwel Segretarju Ġenerali mara għal Commonwealth u l-impenji tal-familja Rjali f’Malta. The Malta Independent minn naħa tagħha tiffoka fuq id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat filwaqt li L-Orizzont tiffoka fuq id-diskors tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni b’rabta ma’ Malta.

Il-faċċata ta’ THE TIMES OF MALTA minn naħa l-oħra tiffoka fuq id-diskors tal-President Franċiż Francois Hollande l-bieraħ f’Malta fejn saħaq li kien ser ifittex ftehim li jorbot fis-summit ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Fi storja oħra The Times tirraporta kif il-Kummissjoni Ewropea qegħda twissi li Malta trid iżomm għajnejha fuq żieda fil-faqar fil-pajjiż.