Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IN-NAZZJON b’ritratt tal-President Amerikan Barack Obama jsellem lill-vittmi tal-attakki ta’ Pariġi hekk kif bħalissa jinsab fil-kapitali Franċiża, flimkien ma’ kważi 150 mexxej ieħor, għall-konferenza COP 21 dwar il-bdil fil-klima. Fil-faċċata wkoll rapport dwar il-mod kif il-Kummissjoni Ewropea wissiet lill-Gvern dwar iż-żieda fil-faqar.

TIMES OF MALTA b’rapport dwar l-esperjenza tal-anzjana li spiċċat vittma meta żewġ persuni attakkawha fid-dar tagħha. Rapport ieħor dwar l-inċident li seħħ b’tigra f’Montekristo, bir-rapport ipoġġi dubji jekk iz-‘zoo handlers’ kellhomx liċenzja għax-xogħol li kienu qed jagħmlu.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar nuqqas ta’ qbil fost deputati Laburisti Għawdxin, dwar jekk għandux isir referendum dwar il-mina bejn Malta u Għawdex. Fil-faċċata ta’ dan il-ġurnal, ritratt ta’ uħud mill-mexxejja waqt il-COP 21.

L-ORIZZONT b’rapport dwar premju prestiġjuż li ngħata iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tat-tempji tal-Gġantija f’Għawdex. Iċ-ċentru kien inawgurat 2013 u kien twettaq b’fondi mill-Unjoni Ewropea. L-ORIZZONT b’rapport ukoll mill-Qorti, fejn tirrapporta storja ta’ ġenituri li tilfu s-setgħa fuq binhom minorenni.