Internazzjonali

Il-Gvern Daniż ħallas €850,000 għall-Panama Papers

L-awtoritajiet Daniżi tat-tassazzjoni sostnew li l-Gvern Daniż ħallas €805,000 biex kisbu aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali dwar il-500 jew 600 ċittadin Daniż imsemmija fil-Panama Papers.

Aktar kmieni din is-sena l-Ministru Daniż tat-Tassazzjoni Karsten Lauritzen approva li l-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jixtru din l-informazzjoni dwar il-Panama Papers li tinkludi eluf ta’ dokumenti sigrieti mingħand il-kumpania Mossack Fonseca fil-Panama.

Id-Direttur tat-Tassazzjoni Daniż Jim Sorensens qal li huma kellhom l-opportunità li jaraw il-materjal qabel ħallsu.

Il-materjal jinkludi numru ta’ files fuq ċittadini Daniżi, li hu tal-livell kif mistenni mill-awtoritajiet.