Lokali

Il-gvern iħabbar bidla fil-prezz taċ-ċilindri tal-gass

Fi stqarrija l-gvern ħabbar roħs fil-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass. Il-prezz jorħos b’effett mill-1 ta’ Mejju bil-prezz ta’ ċilindu tal-gass ta’ 12kg se jkun ta’ €14.50, minn €15.

Fl-istqarrija il-gvern qal li kien qiegħed jaħdem biex il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin ikomplu jibbenefikaw minn politika ta’ stabbilità fejn il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin ma jesperjenzawx tibdil fil-prezzijiet kull l-aħħar tax-xahar.