Lokali

Il-Gvern jgħid li hu mpenjat li jneħħi t-taxxa tal-ekokontribuzzjoni

Il-Gvern hu mpenjat li jneħħi l-ekontribuzzjoni minn fuq il-prodotti kollha.

Il-Ministeru tal-Finanzi qal dan f’dritt għar-risposta li bagħat lil NETnews.com.mt b’rabta ma’ artiklu li fih, dan is-sit, irrapporta li anke fuq saqqu qed tiġi imposta t-taxxa.

Fid-dritt għar-risposta, il-Ministeru tal-Finanzi qal li kien Gvern Nazzjonalista li daħħal taxxa u min-naħa l-oħra, kien il-Gvern preżenti li ra li l-inġustizzji li nħolqu permezz tal-ekokontribuzzjoni u għalekk beda proċess ta’ riforma li permezz tagħha se tkun tneħħiet l-ekokontribuzzjoni minn fuq il-prodotti kollha.

Fil-Baġit 2015, kompla jgħid il-Ministeru tal-Finanzi tneħħiet l-ekokontribuzzjoni minn fuq il-prodotti elettriċi u elettroniċi filwaqt li fil-Baġit 2016, tħabbret it-tneħħija tal-ekokontribuzzjoni minn fuq diversi prodotti oħra, inkluż s-saqqijiet.

Il-Gvern, tkompli tgħid l-ittra, hu mpenjat li l-ekokontribuzzjoni titneħħa minn fuq il-prodotti li baqa’ fl-iqsar żmien possibbli billi jitkompla l-proċess li permezz tiegħu, kif twiegħed fl-aħħar diskors tal-Baġit, l-ekokotribuzzjonni mdaħħla mill-Gvern preċedenti se tkun tneħħiet minn fuq il-prodotti kollha.