Ambjent Lokali

Il-Gvern jiddikjara li t-tniġġiż fil-baħar ġej mill-‘Fish Farms’

Analiżi magħmula mill-Gvern ikkonkludiet li t-tniġġiż li din is-sena kien hemm fil-baħar kien ġe minn irregolaritajiet li qed jitwettqu mill-operaturi tal-fish farms.

Dettalji wara din l-analiżi ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Jose Herrera u mis-Segretarji Parlamentari Deborah Schembri u Roderick Galdes li qal li l-problema qed joħolqu l-fish farms tat-tonn.

Skont il-Gvern is-sitt operaturi tal-fish farms kollha għandhom elementi ta’ irregolarità li jvarjaw minn sistema irregolari ta’ alf lit-tonn, gageg ikbar minn dawk stabbiliti mir-regoli, numru ikbar ta’ gageg minn dak permessibbli u anki ammonti kbar ta’ tonn iktar minn permessibbli.

Fil-konferenza kien spjegat kif ir-rawgħa bajda li qed tinħoloq mill-baħar ġejja mill-fatt li mill-alf tat-tonn qed joħroġ żejt tal-ħut tal-alf li qed jinġarr mal-mewġ, jaħbat mal-blat u jifforma rawgħa bajda li aktar tard issir xaħam fil-wiċċ tal-baħar.

Il-Ministru Herrera qal li l-gvern ta ordni lill-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi biex b’mod immedjat toħroġ ordni ta’ infurzar fuq l-operaturi. Dan fl-istess waqt li l-gvern ippubblika regolamenti ġodda dwar kif din l-industirja għandha ttkun regolata biex ma tikkaġunax ħsara ambjentali li jista’ jkun determinanti għall-industrija turistika u għall-bajjet Maltin.

Il-Minstru għall-Ambjent qal li hu inaċċettabbli din l-industrija tal-fish frms tikkaġuna ħsara u ġġib kriżi ambjentali. Mistoqsi mill-ġurnalisti biex jispeċiifka meta se tinħareġ l-ordni ta’ infurzar, l-Ministru Herrera qal li l-Awtorita għlal-Ambjent u r-Riżorsi se tagħmel dan fi żmien ftit ġranet biex wara jittieħdu l-passi neċessarji.

Jose Herrera sostna li bir-regolamenti l-ġodda l-awtoritajiet se jkollhom iktar poteri u riżorsi biex jkkontrolaw l-abbużi f’din l-industrija.

Fost il-miżuri li jistgħu jittieħdu fil-konfront tal-operaturi tat-tonn li qed jiksru l-liġijiet hemm dik li l-gageg jinħarġu ‘l barra, li jitneħħew il-gageg irregolari, li l-ħut li qed jitkabbru b’mod irregolari ma jibqgħux miżmuma u li jsiur kontrolli qawwija fuq l-alf tal-ħut.