Lokali

Il-gvern Laburista se jarmi l-proġett għall-familja f’Tal-Qortin, Għawdex

Miljuni se jiġu mormija

Dak li kellu jsir park għall-familja kif kien ippjanat mill-amministrazzjoni Nazzjonalista issa se jingħata lill-Kumpanija Enemalta, ghal skop kompletament differenti minn dak li għalih kienu intnefqu l-flus.

Il-gazzetta Illum irrapurtat dak li qal, ix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said fejn hu qal li l-flus li intużaw biex Tal-Qortin isir park tal-familja se jinħlew ladarba l-Gvern ibiddel l-użu tiegħu biex minflok se jitqiegħdu l-pannelli.

Illum, f’Tal-Qortin hemm aktar minn 22,000 siġra u arbuxell u f’dan is-sit u f’dawn l-aħħar tliet snin intużaw ukoll 7.5 miljun litru ilma biex dawn jissaqqew. Inbena wkoll ġibjun kbir li jesa’ 4,000 metru kubu.

Said qal li hija ħaġa ovvja li fejn hemm is-siġar, ma tistax tagħmel pannelli solari u kif ukoll staqsa fuq min għamel dawn id-deċizzjonijiet u min se jirrispondi għal din il-ħela tal-flus.

L-illum qalet li din l-istorja ħarġet fil-beraħ nhar l-1 ta’ Frar wara mistoqsija Parlamentari minn Chris Said.

Fil-kummenti tiegħu, ix-Shadow Minister qal li mhux aċċettabbli li l-gvern jarmi proġett għall-familja u jagħti art lill-kumpanija privata bil-ħabi. Infatti kienet il-mistoqsija parlamentari ta’ Said li żvelat dan kollu. Huwa qal ukoll li mhux sew li l-ispejjeż enormi biex dan il-post jiġi ikkonvertit f’park tal-familja issa jiġu mormija, u li xi ħadd irrid jerfa r-responsabbilta’ ta’ dan kollu.

Chris Said qal li għall-proġett f’tal-Qortin Malta rċeviet aktar minn zewg miljun ewro minn fondi Ewropej. Dan apparti li l-gvern ħareġ magħhom madwar 480 elf ewro. B’din il-bidla fil-proġett wieħed jista’ jifhem li Malta se titlef dawn il-flus kollha.

Ritratt: Times of Malta