Internazzjonali

Il-Gvern Malti imħasseb dwar il-Korea ta’ Fuq

Wara l-provi missilistiċi minn naħa tal-Gvern ta’ Pyongyang, il-Gvern Malti esprima t-tħassib tiegħu permezz ta’ stqarrija.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qal li anke Malta għandha tħassib serju dwar it-teknoloġija li qed tiġi ittestjata mill-Korea ta’ Fuq. Dan l-isparar ta’ missili imur kontra ftehim internazzjonali u r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Uniti.

Malta appellat lil Pyongyang biex jerġa’ jibda l-proċess ta’ djalogu.