Ekonomija Lokali Parlament

Il-Gvern se jintaxxa anke l-ilma u s-soft drinks

Il-gvern ħabbar li se jkun qed iżid id-dazju tas-sisa fuq il-kontenituri tax-xorb u ta’ xarbiet non-alkoħoliċi.

Wieħed issa jistenna li din iż-żieda tas-sisa, li minnha se jintlaqtu l-produtturi lokali tax-xarbiet mhux alkoħoliċi u dawk li jesportaw dawn il-prodotti, fosthom soft drinks, se tingħadda bħala piż fuq il-konsumatur.

Barra minn hekk mistennija li jintlaqtu l-aktar xarbiet bażiċi hekk kif prodotti bħall-ilma minerali wkoll jinġiebu Malta jew jiġu ipakkeġġjati fi fliexken tal-plastik.