Lokali

Il-ħaddiema jixirqilhom ferm aħjar – PN

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li fil-mass meeting ta’ quddiem Kastilja, Joseph Muscat ħaseb li għadu f’kampanja elettorali, b’diskors li fih irrepeta dak li wiegħed 38 xahar ilu fil-programm elettorali, u li għadu ma wettaqx.

Il-PN sostna li l-ħaddiema u l-familji Maltin u Għawdxin jixirqilhom ferm aħjar minn hekk. Jixirqilhom Prim Ministru li jkun onest u li ma jkunx kompliċi ma’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.

F’diskors ta’ 40 minuta, Joseph Muscat għażel li ma jnissel ebda kelma dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama. L-uniku ħaġa li kien moħħu fiha kien li jgħid lill-folla ta’ quddiemu li ċ-ċavetta ta’ Kastilja se jżommha hu u ħadd aktar.