Lokali Unjoni Ewropea

Il-Ħaddiema kollha għandhom dritt għal paga li tippermetti ħajja diċenti

“Jeħtieġ li nżidu l-miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu xogħol mhux dikjarat u nżidu il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol filwaqt li jonqsu t-taxxi sabiex ix-xogħol ikun produttiv”. Hekk sostna ċ-Ċermen tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew Manfred Webber fi stqarrija fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Ħaddiem li tkun iċċelebrata għada.

Fl-istess stqarrija l-Membru Parlamentari Ewropew Malti David Casa, li huwa wkoll il-koordinatur tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew dwar ix-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali stqarr li l-Partit Popolari Ewropew jemmen li ċ-ċittadini u l-familja kollha Ewropej huma intotali għal dħul jew għajnuna li tkun tippermetti li dawn ikopru l-ispejjez essenzjali. David Casa sostna li huwa allarmanti meta wieħed jara li 8,9% tal-ħaddiema Ewropej huma fir-riskju tal-faqar.

Suq ta’ xogħol dinamiku huwa essenzjali sabiex jinkiseb l-għan ta’ pagi aħjar u protezzjoni soċjali għal kullħadd spjega David Casa fl-istqarrija. Sostna li l-Partit Popolari Ewropew jemmen f’politika responsabbli u effettiva fil-qasam tal-protezzjoni ċivili liema politika għandha tkun mibnija fuq id-drittijiet u l-obbligi.

Ħeġġeġ sabiex gvernijiet ta’ stati membri fl-Unjoni Ewropea ikollhom programmi ta’ protezzjoni soċjali għal ħaddiema anke fejn jidħol il-qasam tal-pensjonijiet.