Ekonomija

Il-ħajja togħla b’1.35% f’Ottubru

F’Ottubru l-ħajja għoliet b’1.35%, waqt li sena qabel l-ħajja kienet għoliet b’0.35%.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, NSO, żvela li l-ħajja għoliet l-iktar minħabba prezzijiet ogħla għall-ħaxix, il-miżati tal-iskejjel u s-sigaretti. L-NSO qal li l-prezzijiet għall-gass u għall-fuel raħsu imma ma kinux biżżejjed biex jevitaw li l-ħajja togħla.

L-NSO qal ukoll li fuq tnax-il xahar, ir-rata medja tal-għoli tal-ħajja kienet ta’ 1.02%.