Lokali

Il-ħatra ta’ Farrugia Frendo bħala Maġistrat saret “bi tpattija”

L-Ispeaker tal-Parlament u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Anglu Farrugia xtaq li jiġi nominat bħala membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri … minflok, Joseph Muscat għażel lil Toni Abela.

Skont il-Malta Today, in-nomina ta’ bint Anglu Farrugia, Caroline Farrugia Frendo, biex tinħatar bħala Maġistrat saret propju minħabba li Anglu Farrugia baqa’ b’xejn u bla dubju xejn ma ħa gost b’dan.

Kien għalhekk li l-ħsieb ta’ Muscat kien li bin-nomina ta’ Farrugia Frendo, il-familja ta’ Anglu Farrugia tkun gawdiet minn xi ħaġa wkoll.

Iżda biex sar dan, il-Gvern ma mexiex mal-Kostituzzjoni hekk kif Farrugia Frendo fadlilha xahrejn oħra prattika biex tissodisfa r-regola tal-Kostituzzjoni li tgħid li biex persuna tinħatar Maġistrat trid tkun ilha tipprattika għal seba’ snin.

Il-ħatra ta’ membru fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġġib magħha pakkett finanzjarju ta’ €240,000 fis-sena, għal perjodu ta’ sitt snin.