Internazzjonali

Il-kantant Barry Manilow jiddaħħal l-isptar f’Los Angeles

Il-kantant popolari Amerikan, Barry Manilow, iddaħħal l-isptar f’Los Angeles wara li rriżultawlu kumplikazzjonijiet minn kirurġija orali ta’ emerġenza.

Qabel ħarġet l-aħbar, il-kantant ta’ 72 sena – li s-suċċessi tiegħu jinkludu Mandy u Copacabana – kien ta kunċert quddiem folla mdaqqsa.

Sadanittant, kellhom jitħassru numru ta’ kunċerti li kellu jagħti Manilow bħala parti minn tour li qed jagħmel. Mhux magħruf jekk dan il-kantant għandux jattendi għall-Grammy Awards li se jsiru f’Los Angeles matul il-lejl tat-Tnejn u bħalma kien ippjanat qabel.