Mużika

Il-Kantanta Jessika b’żewġ unuri waqt festival fil-Bulgarija

Il-Kantanta Jessika rebħet żewġ premijiet fil-25 edizzjoni tal-International Discover Festival li sar fil-Bulgarija. Hi ħadet it-tieni premju bħala ‘Best Performer’  kif ukoll l-aħjar vuċi femminili.

Jessika interpretat il-kanzunetta ta’ Emeli Sande, ‘Clown’, kif ukoll il-kanzunetta oriġinali ‘Hypnotica’ fuq kliem ta’ Gerard James Borg u mużika ta’ Philip Vella.

Il-ġurija ukoll ppremjat lil Philip Vella l-kompożitur ta’ Hypnotica għall-aħjar arranġament mużikali.