Lokali

Il-klassifikazzjoni ta’ San Vinċnez m’għandhiex tkun ċentru ta’ kontroversja

Is-Soċjetà Maltija tal-Ġerjatrija sostniet li  d-dokument Standards Minimi Nazzjonali għad-Djar tal-Anzjani għandu jassigura livell ta’ kwalità fid-djar għall-anzjani u qalet li r-Residenza San Vinċenz ma tistax tkun ikkunsidrata bħala dar normali għall-anzjani. Għal dawn l-aħħar 25 sena ir-Residenza San Vinċenz kienet dejjem ikkunsidrata bħala kumpless li jipprovdi lis-servizzi kollha minn dawk residenzjali għal dawk li anki jinstabu fi sptar.

Qabel l-1987, San Vinċenz kien ikkunsidrat sptar u aktar tard sar residenza biex issa qed ikun ikkunsidrat bħala faċilità. Dan juri kemm hu diffiċli li tkun stabbilita l-klassifikazzjoni ta’ San Vinċenz. Fl-aħħar sentejn id-dħul tal-anzjani fir-Residenza San Vinċenz sar iktar selettiv bil-prijorità tingħata li dawk l-anzjani li jbatu minn problemi mediċi kumplessi u li huma dipendenti fuq ħaddieħor; liema kriteriji huma tipiċi ta’ dar għall-anzjani. Għalhekk ma kinitx sorpriża li San Vinċenz kien deskritt bħala faċilità, sostniet is-Soċjetà li appellat biex il-klassifikazzjoni ta’ San Vinċenz ma  tkunx lok ta’ kontroversja.