Lokali

Il-kuntistabbli Galea għadu fil-periklu tal-mewt

Il-kuntistabbli Toni Galea, li lbieraħ weġġa’ gravi f’San Ġwann meta kien bil-mutur tiegħu tat-Traffic, għadu qed jinżamm fl-ITU fejn il-kundizzjoni tiegħu hija waħda kritika.

Kienu mijjiet dawk li esprimew fejqan ta’ malajr għal Galea, partikolarment uffiċjali tal-Pulizija li ħallewlu messaġġi fuq Facebook.

Toni Galea huwa Pulizija veteran u maħbub ferm fil-Korp b’esperjenza kbira f’diversi sezzjonijiet. Galea huwa wkoll persuna sinonima mad-dilettanti kollha tal-waterpolo, li huwa l-istess sport li jiprattika t-tifel tiegħu.