Futbol Sport

Il-leġġenda ta’ A.C. Milan Paolo Maldini jasal f’Malta

Wasal f’Malta iktar kmieni llum il-leġġenda ta’ Milan, l-eks difensur Paolo Maldini.

Dan wara li ftit jiem ilu, ibnu Cristian ingħaqad ma’ Ħamrun Spartans. Fil-fatt Paolo mistenni jsegwi l-logħba ta’ għada bejn l-istess Ħamrun u Tarxien Rainbows li tintlagħab fil-Hibernians Stadium.

Paolo Maldini, li lagħab ukoll għat-tim nazzjonali Taljan, jibqa’ mfakkar għal lista sħiħa ta’ unur f’wieħed mill-aqwa żminijiet tal-klabb Taljan.

Fost l-oħrajn hu rebaħ ħames edizzjonijiet taċ-Champions League/European Cup, minbarra 23 unur ieħor mal-istess Milan. Rebaħ ukoll sensiela twila ta’ unuri personali u waqqaf ħafna rekords kalċistiċi.