Lokali

Il-maġġoranza tal-MP Laburisti jridu lil Konrad Mizzi jirriżenja

Il-maġġoranza tal-Membri Parlamentari Laburisti mhux sodisfatti b’dak li qed jiġri u jgħidu li Konrad Mizzi għandu jitlaq. Hekk żvelat il-gazzetta the Sunday Times of Malta fejn qalet li Membri Parlamentari min-naħa tal-Gvern tkellmu magħha bil-kundizzjoni li jibqgħu anonimi. Huma qalu li r-reshuffle ma jirriflettix dak li verament irid il-poplu.

Membri Parlamentari Laburista li tkellmu ma’ The Times qalu li tlett kwarti tal-MP jridu lil Konrad Mizzi barra, huma tennew li l-pożizzjoni ta’ Mizzi m’għadiex waħda tenibbli u għalhekk sostna li l-maġġoranza jridu lil Konrad Mizzi jitlaq.

Huwa qal li r-rabja lejn Konrad Mizzi f’dawn l-aħħar jiem kibret il-għalhiex huwa ma wera l-ebda disjpaċir ta’ dak li għamel ma wera ebda ndiema għal dak li ġara fl-iskandlu tal-Panama ma’ sħabu tal-Partit Laburista.

Sorsi mill-Partit Laburista qalu li mhux komdi fil-vot tagħhom rigward il-vot ta’ sfiduċja fil-Parlament dwar il-Minsitru bla portafoll Konrad Mizzi, madanakollu s-sors qal li kull Membru Parlamentari jrid jimxi mal-linji gwida tal-Partit Laburista biex żgur ma jkunx hemm aktar ċaqlieq negattiv fil-Gvern.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat il-Ħamis li għadda qal li l-Ministru Konrad Mizzi kien se jirriżenja mill-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, wara biss xaharejn fil-kariga.

Min-naħa l-oħra The Sunday Times of Malta tgħid li d-Deputati Laburisti għadhom mhux deċiżi dwar x’għandu jsir minn Keith Schembri u sostnew li bħalissa hemm ħsibijiet diversi dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward l-iskandlu tal-Panama.

Fir-reshuffle tal-Ħamis li għadda il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jħalli l-Konrad Mizzi bħala Ministru bla portafoll filwaqt li l-ebda azzjoni ma ttieħdet b’referenza għall-Keith Schembri. Fir-reshuffle Chris Fearne u Jose Herrera ġew imlaħqin bħala Ministri filwaqt li Manuel Mallia reġa rritorna fil-kabinett.

Skont is-sorsi, The Sunday Times of Malta qalet li fl-aħħar ġranet Joseph Muscat għamel laqgħa ta’ kwarta ma kull MP Laburista biex jiddiskuti l-iskandlu tal-Panama Papers.