Lokali

Il-Mewt tal-Kolumbjan wara li kien ferut f’Paceville : Il-Pulizija tippubblika r-ritratti tal-persuni mfittxija

Kif żvela Net News ilbieraħ, illum il-Pulizija ppubblikat ir-ritratti taż-żewġ persuni mfittxija dwar il-każ tal-Kolumbjan li miet wara li kien ferut f’argument f’Paceville, il-Ħamis li għadda.

Iż-żewġ persuni huma Zyad Mohamed Drebeka li għandu 23 sena u Ahmed Rasem Franko li għandu 29 sena. It-tnejn huma mwielda l-Libja.

Il-Pulizija qed tappella biex kull min għandu kwalunkwe informazzjoni dwar dawn iż-żewġ persuni huwa mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 119 / 21 224001-9 jew dirett mal-Għassa ta’ San Ġiljan fuq in-numri 2294 2435 jew 2294 3401.

kolumbjan carlos augusto