Lokali

Il-Mewt tal-Kolumbjan wara li kien ferut f’Paceville : Tfittxija għal żewġ Libjani

Wara li s-Sibt filgħaxija, miet il-Kolumbjan Carlos Augusto ta’ 37 sena li kien jinsab fil-periklu tal-mewt wara argument f’Paceville il-Ħamis li għadda, il-Pulizija intensifikat l-investigazzjonijiet u t-tfitxijiet tagħha għal żewġ Libjani li allegatament kienu nvoluti fl-argument mal-Kolumbjan.

Jirriżulta li ż-żewġ Libjani mfittxija jiffrekwentaw Paceville ta’ spiss u kien rappurtat li kemm-il darba l-istess żewġ persuni jaqilgħu l-inkwiet f’Paceville stess, imma dejjem jaħarbu qabel jaslu l-Pulizija. Jidher li l-Libjani mfittxija huma ta’ statura mibnija u qed jgħixu Malta wara li ngġataw status ta’ protezzjoni.

Fil-post kienet issejħet l-Ambulanza, li ħadet lill-Kolumbjan l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Bil-każ kienet ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-Inkjesta. Fost l-oħrajn, il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan talbu lista tal-impjegati tal-istabbiliment li kienu xogħol matul il-lejl biex jgħinu fl-investigazzjoni.

konsolat kolumbja

Sadanittant, fuq facebook, il-Konsulat Onorarju tal-Kolumbja f’Malta qal li jinsab iddispjaċut ħafna u kkundanna l-qtil tal-Kolumbjan f’Paceville.

Il-Konsulat qal li qed iħejji l-proċess biex il-katavru tiegħu jintbagħat lura il-Kolumbja fejn hemmhekk se jingġatal -aħħar tislima mill-qraba tiegħu.

L-argument seħħ nhar il-Ħamis li għadda għall-ħabta tat-3am f’parapett ta’ stabbiliment tad-divertiment fi Triq San Ġorġ.