Internazzjonali

Il-Papa fuq żjara tal-Georgia u l-Ażerbajġan

epa05565150 A handout photo provided by the Vatican newspaper 'L'Osservatore Romano' on 01 October 2016 shows Pope Frasncis (R) greeting unidentified Orthodox clerics attending a Holy Mass he celebrated at the Mikheil Meskhi Stadium in Tbilisi, Georgia 01 October 2016. The Pope is traveling to Georgia and Azerbaijan for a three-day visit. EPA/L'OSSERVATORE ROMANO/HANDOUT HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Il-Papa Franġisku waqt iż-żjara li qed jagħmel fil-Georgia tkellem dwar il-bżonn tar-rispett tal-liġijiet internazzjonali u s-sovranità tal-pajjiżi. Dan l-appell qed jitqies bħala kritika għar-Russja li żammet it-truppi f’żewġ territorji fil-Georgia wara l-gwerra qasira li kien hemm fl-2008. Iżda l-Papa qies kliemu u ma għamel ebda referenza diretta għar-Russja.
Fil-Georgia wieħed fil-mija biss huma Kattoliċi u l-maġġoranza Ortodossi u bil-Knisja Ortodossa Georgiana titqies bħala l-aktar konservativa. Għall-quddiesa fil-miftuħ li saret ilbieraħ, id-delegazzjoni Ortodossa ma marritx u l-folla kienet batuta.
Il-lum il-Papa se jżur l-Ażerbajġan, pajjiż Musulman u għadu tal-Armenja, li l-Papa kien żar f’Ġunju qabel biex imbagħad fi-għaxija mar lura l-Vatikan.