Parlament

Il-Parlament ma approvax l-emendi mressqa mill-Oppożizzjoni – Il-Parlament jerġa’ jiltaqa l-Erbgħa

Minkejja l-appell mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sabiex issir aktar diskussjoni dwar kif jistgħu jitjiebu l-proċeduri fil-Parlament, Joseph Muscat baqa’ jwebbes rasu. Il-vot fuq l-emendi li ressaq il-Gvern għall-iStanding Orders ittieħed ilbieraħ stess. L-emendi tal-Gvern għaddew, filwaqt li l-emendi li tressqu mill-Oppożizzjoni m’għaddewx, bid-deputati tal-Gvern jivvutaw kontra.

B’hekk il-Gvern ivvota kontra li l-Ħamis jalterna bejn ix-xogħol tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni, ivvota kontra l-Kumitat tal-Petizzjonijiet u vvota kontra l-intoduzzjoni tal-Prime Ministers Question Time. Tant illi Muscat fid-diskors tiegħu lanqas biss irrefera b’kelma waħda jew nofs sentenza għall-PMQs.

Simon Busuttil minn naha tiegħu qal li l-kobor tal-Gvern jitqies mill-mod kif il-Gvern jitratta lill-Parlament.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Parlament hu meqjus bħala l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Għalhekk il-mod kif il-Gvern se jitratta lill-Parlament jirrifletti l-livell ta’ stima li għandu l-Gvern lejn il-Parlament.

Il-Parlament issa huwa aġġornat għal għada fis-1:30pm fejn se jsir xogħol dwar trasferiment ta’ artijiet. Din ta’ għada tkun l-aħħar seduta Parlamentari qabel il-vaganzi tas-Sajf.