Lokali

Il-Partit Nazzjonalista għamel fi tliet ijiem dak li l-Gvern m’għamilx fi tliet snin

Bil-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ liġi radikali dwar il-ħatriet tal-membri tal-ġudikatura, l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jagħmel fi tliet ijiem dak li l-Gvern ta’ Joseph Muscat m’għamilx fi tliet snin.

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt intervista fuq Radio 101 dalgħodu, fi tmiem ġimgħa li matulha, l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni ressaq Private Member’s Bill fil-Parlament li jitkellem b’mod ċar dwar kif għandhom jinħatru l-membri tal-Ġudikatura.

Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni lesta tibda d-diskussjoni fil-Parlament dwar dan l-abbozz ta’ liġi b’mod immedjat, u jekk il-Gvern mhux lest li jpoġġiha fuq l-aġenda tal-Parlament, l-Oppożizzjoni se tuża l-ħin tagħha biex tiddiskuti dan l-abbozz fil-Parlament. Hu ddeskriva l-ħatriet taż-żewġ Maġistrati bħala każ ta’ abbuż ta’ poter kbir, fejn il-Gvern injora l-Kostituzzjoni u kisirha.

Hu sostna li min lest li jikser il-Kostituzzjoni ta’ Malta biex jagħmel il-ħatriet li jrid, mhux denju li jmexxi l-pajjiż. Hu reġa’ sfida lill-Gvern biex ma jagħmel ebda ħatra oħra fil-ġudikatura sakemm ir-riforma fil-ġudikatura tidħol fis-seħħ.

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga l-iskandlu Gaffarena u Kastilja

Dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena u Kastilja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga l-iskandlu ta’ Gaffarena u Kastilja b’mod immedjat. Hu għamel referenza għall-aħbar aktar kmieni din il-ġimgħa fejn il-Pulizija qalet li l-farsa ta’ l-għada li ġie ppubblikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali meta l-Pulizija marru l-Lands u ħarġu lill-ħaddiema fil-bitħa, ma kienet tifforma parti minn ebda investigazzjoni tal-Pulizija.

Simon Busuttil irrepeta l-mistoqsijiet li għamel għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u li sa issa għadhom mingħajr risposta, jiġifieri jekk il-Prim Ministru kienx jaf bl-iskandlu ta’ Gaffarena, jekk il-Pulizija hix tinvestiga lil Kastilja u lil min ħallas Gaffarena biex ħa €3.5 miljuni fi flus kontanti u artijiet pubbliċi mingħand il-Gvern.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li għall-korruzzjoni qed iħallsu l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Hu qal li għal kull €30 li persuna tagħti f’diesel, il-Gvern ikun qed jisraq €15. Dan peress li meta l-prezz internazzjonali taż-żejt kien fl-istess livelli tal-lum, il-prezz tad-diesel kien 61ċ waqt li llum hu €1.22, jiġifieri l-prezz illum huwa d-doppju. Dwar il-prezzijiet għolja tal-petrol u d-diesel, Simon Busuttil qal li huwa insult il-fatt li Joseph Muscat qed jiftaħar li se jżomm il-prezzijiet għoljin biex ikunu stabbli.

Hu sostna li n-nies huma rrabjati u ddiżgużtati għall-fatt li huma qed jinsterqu b’dan il-mod, imbagħad il-Gvern jagħti €3.5 miljun lil Gaffarena, €4.2 miljun lil tal-Cafe’ Premier u €10 miljuni lill-Partit Laburista fl-iskandlu tal-Australia Hall.

Il-Gvern Laburista huwa inkompetenti

Simon Busuttil sostna li l-Gvern ta’ Joseph Muscat huwa Gvern inkompetenti bil-provi. Hu rrefera għall-każ tal-ħatriet fil-ġudikatura, it-trasport pubbliku, t-telf ta’ €11-il miljun minn fondi Ewropej fil-proġett tal-Coast Road, kif ukoll il-bini tal-Power Station il-ġdida li minkejja li għaddew tliet snin minn meta Muscat sar Prim Ministru, din għadha ma tlestietx – kollha eżempji ċari tal-inkompetenza tal-Gvern ta’ Joseph Muscat.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed hemm għan-nazzjon kollu

Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista huwa l-uniku partit f’Malta u f’Għawdex li joffri kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista qed jimpenja ruħu li jagħmel l-affarijiet differenti minn kif qed jagħmilhom dan il-Gvern. Minn naħa l-oħra, l-Partit Laburista issa spiċċa tant li m’għadux il-partit tal-ħaddiema għaliex biegħ ruħu
Bil-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ liġi radikali dwar il-ħatriet tal-membri tal-ġudikatura, l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jagħmel fi tliet ijiem dak li l-Gvern ta’ Joseph Muscat m’għamilx fi tliet snin.

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt intervista fuq Radio 101 dalgħodu, fi tmiem ġimgħa li matulha, l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni ressaq Private Member’s Bill fil-Parlament li jitkellem b’mod ċar dwar kif għandhom jinħatru l-membri tal-Ġudikatura.

Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni lesta tibda d-diskussjoni fil-Parlament dwar dan l-abbozz ta’ liġi b’mod immedjat, u jekk il-Gvern mhux lest li jpoġġiha fuq l-aġenda tal-Parlament, l-Oppożizzjoni se tuża l-ħin tagħha biex tiddiskuti dan l-abbozz fil-Parlament. Hu ddeskriva l-ħatriet taż-żewġ Maġistrati bħala każ ta’ abbuż ta’ poter kbir, fejn il-Gvern injora l-Kostituzzjoni u kisirha.

Hu sostna li min lest li jikser il-Kostituzzjoni ta’ Malta biex jagħmel il-ħatriet li jrid, mhux denju li jmexxi l-pajjiż. Hu reġa’ sfida lill-Gvern biex ma jagħmel ebda ħatra oħra fil-ġudikatura sakemm ir-riforma fil-ġudikatura tidħol fis-seħħ.

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga l-iskandlu Gaffarena u Kastilja

Dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena u Kastilja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga l-iskandlu ta’ Gaffarena u Kastilja b’mod immedjat. Hu għamel referenza għall-aħbar aktar kmieni din il-ġimgħa fejn il-Pulizija qalet li l-farsa ta’ l-għada li ġie ppubblikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali meta l-Pulizija marru l-Lands u ħarġu lill-ħaddiema fil-bitħa, ma kienet tifforma parti minn ebda investigazzjoni tal-Pulizija.

Simon Busuttil irrepeta l-mistoqsijiet li għamel għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u li sa issa għadhom mingħajr risposta, jiġifieri jekk il-Prim Ministru kienx jaf bl-iskandlu ta’ Gaffarena, jekk il-Pulizija hix tinvestiga lil Kastilja u lil min ħallas Gaffarena biex ħa €3.5 miljuni fi flus kontanti u artijiet pubbliċi mingħand il-Gvern.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li għall-korruzzjoni qed iħallsu l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Hu qal li għal kull €30 li persuna tagħti f’diesel, il-Gvern ikun qed jisraq €15. Dan peress li meta l-prezz internazzjonali taż-żejt kien fl-istess livelli tal-lum, il-prezz tad-diesel kien 61ċ waqt li llum hu €1.22, jiġifieri l-prezz illum huwa d-doppju. Dwar il-prezzijiet għolja tal-petrol u d-diesel, Simon Busuttil qal li huwa insult il-fatt li Joseph Muscat qed jiftaħar li se jżomm il-prezzijiet għoljin biex ikunu stabbli.

Hu sostna li n-nies huma rrabjati u ddiżgużtati għall-fatt li huma qed jinsterqu b’dan il-mod, imbagħad il-Gvern jagħti €3.5 miljun lil Gaffarena, €4.2 miljun lil tal-Cafe’ Premier u €10 miljuni lill-Partit Laburista fl-iskandlu tal-Australia Hall.

Il-Gvern Laburista huwa inkompetenti

Simon Busuttil sostna li l-Gvern ta’ Joseph Muscat huwa Gvern inkompetenti bil-provi. Hu rrefera għall-każ tal-ħatriet fil-ġudikatura, it-trasport pubbliku, t-telf ta’ €11-il miljun minn fondi Ewropej fil-proġett tal-Coast Road, kif ukoll il-bini tal-Power Station il-ġdida li minkejja li għaddew tliet snin minn meta Muscat sar Prim Ministru, din għadha ma tlestietx – kollha eżempji ċari tal-inkompetenza tal-Gvern ta’ Joseph Muscat.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed hemm għan-nazzjon kollu

Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista huwa l-uniku partit f’Malta u f’Għawdex li joffri kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista qed jimpenja ruħu li jagħmel l-affarijiet differenti minn kif qed jagħmilhom dan il-Gvern. Minn naħa l-oħra, l-Partit Laburista issa spiċċa tant li m’għadux il-partit tal-ħaddiema għaliex biegħ ruħu.