Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lir-rebbieħa tal-Isportivi tas-Sena

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija feraħ lir-rebbieħa kollha tal-unuri tal-Isportivi tas-Sena li ngħataw rikonoxximent għall-ħidma u għall-impenn tagħhom waqt iċ-ċerimonja tal-Isportivi tas-Sena organizzata minn Sport Malta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Ir-rebbieħa tal-bieraħ mhumiex biss dawk li ġew premjati bit-trofej, iżda kull min ġie nnominat u rikonoxxut għall-impenn sportiv tiegħu.

B’mod partikolari, l-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Stevie Camilleri, li wara s-suċċess fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo f’Belgrad is-Serbja, rebaħ l-unur tal-Isportiv Nazzjonali Malti, lil Charlotte Wingfield li rebħet l-unur tal-Isportiva Nazzjonali Maltija, kif ukoll lit-team nazzjonali Malti tal-Waterpolo għall-kwalifikazzjoni li rnexxielhom jiksbu u jikkompetu fihom.

Il-Partit Nazzjonalista jawgura lil kull sportiv u sportiva biex jieħdu l-isports bl-akbar serjetà u mhux biss iqisuh bħala passatemp, iżda b’dedikazzjoni u impenn biex mhux biss jagħmlu isem għalihom, iżda anke għall-poplu Malti u Għawdxi. Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ mpenjat li joffri kull għajnuna possibbli biex l-isport f’pajjiżna jingħata l-importanza li jixraqlu.

Fir-ritratt: Stevie Camilleri