Lokali

Il-Partita Malta vs Kroazja tintlagħab taħt sigurtà stretta

L-inħawi tal-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali kienu ddominati minn preżenza ta’ sigurtà stretta qabel u matul il-partita bejn Malta u l-Kroazja.

Is-sigurtà qawwija kienet evidenti b’ammont kbir ta’ Pulizija mis-sezzjoni ta’ Kontra l-Irvellijiet, mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit, Pulizija tad-Distrett, Pulizija mis-sezzjoni ta’ Kontra d-Droga u anke’ mis-sezzjoni tal-Kavallerija.

It-Tlieta filgħaxija ġew arrestati sitt Kroati f’Paceville wara li qabel kienu ġew arrestati 15-il Kroat ieħor wara li dendlu ‘banners’ b’messaġġi provokattivi.

Aktar: Sitt Kroati arrestati; total ta’ 21

Skont informazzjoni li għandu Netnews.com.mt, ġew innutati diversi partitarji Kroati li kienu qed jitolbu l-biljetti tal-partitarji Maltin.

ta qali klieb pulizija

sigurta 3

sigurta 2