Lokali

“Il-pjan short-term tat-traffiku qatt ma wasal” – Luciano Busuttil

Il-frustrazzjoni tas-sewwieqa tal-karozzi lejn il-Ministru Joe Mizzi esprimiha ukoll id-deputat Laburista Luciano Busuttil illi fuq Facebook spjega kif dalgħodu għamel siegħa sħiħa fit-traffiku.

Luciano Busuttil kiteb illi minkejja li ġejna imwiegħda pjan short-term u pjan fit-tul, dawn qatt ma waslu.

Id-deputat Laburista stqarr ukoll li Transport Malta m’għandiex tibqa’ tgħaddi n-nies biż-żmien u tgħidilna fuq ir-radju biex nagħmlu l-parti tagħna!

Intant, illum il-Ministeru ta’Joe Mizzi ħareġ stqarrija biex ifakkar fil-Jum Internazzjonali tal-Baħar.

IMG_8163