Futbol Lokali Sport Turiżmu

Il-plejer Juventin Dybala jattendi party ta’ Ziggy

L-attakant Arġentin, Paolo Dybala, li jilgħab mal-Juventus, sab l-opportunita’ li jgawdi lill’hinn mill-impenji tiegħu tal-futbol. Filfatt, is-Sibt filgħaxija Paolo Dybala attenda party magħruf f’pajjiżna Techni-Color, fejn numru kbir ta’ żgħażagħ iltaqgħu ma’ dan l-istilla tal-futbol Taljan. Fuq Facebook dehru numru ta’ ritratti, fejn partitarji Juventini u anke żgħażagħ oħra segwaċi tal-futbol qasmu din l-esperjenza tagħhom.

dybala bubu

Dybala gawda mhux biss l-iljieli Maltin, iżda wkoll tella’ ritratt fuq Instagram ifaħħar is-sbuħija ta’ pajjiżna waqt li kien fuq il-baħar.

Paulo-Dybala-2

Paolo Dybala kien f’Malta fuq stedina tal-Malta Community Chest Fund. Iż-żjara tiegħu ġiet fi tmiema l-Ħadd hekk kif għal darb’oħra fuq Instagram irringrazzja lill-Maltin għal din l-esperjenza indimentikabbli tiegħu.

 

dybala