Lokali Parlament

Il-PM Muscat jerġa’ jirrifjuta offerta għal kunsens

Il-Gvern reġa’ tilef opportunità li fil-Parlament ikun hemm kunsens sħiħ fil-Kamra kollha biex l-aġir tal-membri jkun wieħed li jirrispetta l-kritika mingħajr ma jkun hemm aġir aggressiv.

Dan sostnieh il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil wara diskussjoni dwar mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni biex jinbidel ruling tal-Ispeaker wara l-inċident li seħħew fis-seduta parlamentari tal-Ġimgħa, bejn id-Deputati Marlene Farrugia u Joe Debono Grech.

Il-Prim Ministru m’aċċettax li emenda tal-Gvern biex ikun hemm aġir aktar rispettabbli fil-Parlament, tingħaqad mal-mozzjoni tal-Oppożizzjoni li titlob bidla fir-ruling peress li dan tratta lill-vittma u lill-aggressur bl-isetss mod.

Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni kienet lesta tneħħi l-parti fejn il-mozzjoni titlob is-sospensjoni ta’ Joe Debono Grech. Iżda l-Prim Ministru qal li l-Gvern ma jistax jaċċetta l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni peress li fiha ċerti kunsiderazzjonijiet dwar ir-ruling li ma jaqbilx magħhom.