Lokali

Il-PN man-Nies fil-bliet u l-irħula: Programm speċjali fuq Radio 101 għall-Festi tal-Indipendenza

Mill-Ħamis li ġej sal-Ġimgħa, 16 ta’ Settembru, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza programmi speċjali fuq Radio 101, kuljum minn lokalitajiet u bliet differenti madwar Malta u Għawdex.

Il-programm, li se jkun immexxi minn Claire Mifsud u Trevor Degiorgio, se jkun qed jinkludi l-parteċipazzjoni tal-Membri Parlamentari u l-Kandidati kollha tal-Partit u se jkunu f’kuntatt dirett permezz tar-radju mal-kostitwenti tagħhom fil-lokalitajiet.

Il-programm se jixxandar bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, bejn is-6.30pm u t-8pm, kif ukoll is-Sibt filgħodu bejn l-10am u 12pm.

Għal aktar dettalji dwar dan il-programm, kif ukoll dwar l-attivitajiet kollha li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista matul Settembru, segwu l-Paġna @indipendenzamalta fuq Facebook.