Lokali

Il-PN sodisfatt li r-residenti tal-Gżira se jingħataw aċċess għall-kosta ta’ Manoel Island

Fid-dawl tal-istqarrija tal-konsorzju MIDI, jiġifieri li r-residenti tal-Gżira se jingħataw aċċess għall-kosta ta’ Manoel Island, il-Partit Nazzjonalista jemmen li f’dan il-każ, rebaħ is-sens komun.

Fl-aħħar jiem, kemm permezz tal-Kunsillieri Lokali fil-Gżira, kif ukoll permezz ta’ diversi stqarrijiet, il-Partit Nazzjonalista insista li tinstab soluzzjoni ta’ sens komun għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Dan hu l-mod kif għandha ssir il-politika – mhux bit-tisbit tas-saqajn u l-għajjat, iżda b’diskussjonijiet li jwasslu għar-riżultati mixtieqa. Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun il-vuċi tan-nies biex jassigura li l-ġid komuni jibqa’ assigurat.