Internazzjonali

Il-Pollakk li inqabad Malta, issa attakka mara u gwardjan

Il-kriminal Pollakk Kajetan Poznanski attakk gwardjan tal-ħabs u psikologu mara waqt rutina ta’ testijiet mediċi li kellu jagħmel, fuq ordni tal-Qorti ta’ Varsavja. Poznanski kien ġie arrestat f’pajjiżna u estradit minn Malta fi Frar li għadda.

Il-Pollakk kien mistenni jerġa’ jidher quddiem il-Qorti għada (25 ta’ Mejju). S’issa għadu ma ġiex konkluż jekk Poznanski huwiex mentalment stabbli.

Minħabba f’hekk, il-Qorti ordnat li hu jinżamm arrestat sa Awwissu.

Ritratt: Pulizija Pollakka