Lokali

Il-President Marie Louise Coleiro Preca f’laqgħa ma’ Ban Ki-moon

Il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca illum laqgħet lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon fil-Palazz ta’ San Anton.

Il-laqgħa kienet parti mis-serje ta’ impenji uffiċjali li kellu f’Malta s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Matul il-laqgħa Coleiro Preca tkellmet dwar diversi temi fosthom l-iżvilupp sostenibbli, il-faqar u l-immigrazzjoni.

Ban Ki-moon għandu 71 sena u huwa t-tmien Segretarju Ġenerali fl-istorja tan-Nazzjonijiet Uniti. It-tieni mandat ta’ Ban Ki-moon jintemm bħal daż-żmien sena.

Ritratt: OPR