Il-Prim Ministru jpoġġi l-programm tal-Visa u Residenza fil-portafoll ta’ Chris Cardona

Il-Prim Ministru neħħa r-responsabbilta’ tal-programm tal-Visa u Residenza mill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici. Minflok, dawn ir-responsabbiltajiet tpoġġew fil-portafoll tal-Ministru għall-Ekonomija u Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona.

Dan it-tibdil hu l-iktar sinjifikanti minn numru ta’ tibdil fir-responsabbiltajiet mħabbra internament f’dawn l-aħħar ġranet.

Tibdil ieħor jinkludi l-Istamperija tal-Gvern li issa waqgħet taħt ir-responsabbilta’ tas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri, l-integrazzjoni issa saret parti mill-portafoll tal-Ministru Helena Dalli u s-sigurta’ fl-avjazzjoni ġiet miżjuda mal-portafoll tal-Ministru Carmelo Abela.

L-Industrija tal-Films issa saret responsabbilta’ tal-Ministru tat-Turiżmu.