Ekonomija Lokali Parlament

Il-problema preżenti tat-traffiku mhix indirizzata – MEA

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) qalet li filwaqt li d-diskors tal-Baġit, fir-rigward tal-problema tat-traffiku, jitkellem dwar miżuri fil-futur, ma jindirizzax is-sitwazzjoni attwali.

L-MEA appellat ukoll għal diskussjonijiet aktar miftuħa u trasparenti dwar il-prezzijiet tal-fuels u tal-enerġija biex l-imsieħba soċjali jkunu nfurmati u involuti fid-deċiżjonijiet relatati mal-prezzijiet. Dawn huma detrimentali gġal ġafna kumpanniji partikolarment dwar li jesportaw.

L-Assoċjazzjoni qalet li taqbel li d-deċiżjonijiet dwar prezzijiet għandhom jieġdu wkoll in kunsidreazzjoni l-investiment f’enerġija alternattiva u miżuri biex jagħtu stabbiltà fid-dawl ta’ suq li jvarja.

L-MEA qalet li sfida li għandu pajjiżna hu nuqqas ta’ ħaddiema mħarrġa, restrizzjonijiet ambjentali u piżijiet fuq l-infrastruttura in ġenerali. Hi qalet li inċentivi għal intrapriżi żgħar u medji għandhom ikunu aktar ċari u aċċessibbli filwaqt li s-settur publiku għandu jkun aktar effiċjenti u joffri assistenza lis-settur privat biex ikompli jiġġenera l-espansjoni ekonomika.