Lokali

Il-Pulizija tassisti ordni ta’ infurzar f’barriera limiti tar-Rabat

L-Awtorità tal-Ippjanar żiedet l-azzjoni ta’ infurzar tagħha kontra barriera kbira fiż-żona magħrufa bħala ix-Xagħra tal-Lunjzjata fil-limiti tar-Rabat, wara li l-proprjetarju tal-barriera naqas milli jikkonforma mal-istruzzjonijiet tal-Awtorità li jieqaf jarmi materjal inerti f’żona tal-barriera fejn skavi illegali fil-blat kienu qegħdin jitwettqu.

Fi stqarrija l-Awtorità qalet li talbet lill-pulizija sabiex tissorvelja ta’ kuljum il-barriera biex tiżgura li l-ebda operazzjoni oħra ma titwettaq fuq il-post, sakemm is-sid tal-barriera jkun konformi mal-istruzzjonijiet tal-Awtorità. L-għan tal-Awtorità huwa li jiġi żgurat li s-sid tal-barriera jirrestawra s-sit lura għall-konfini permessibbli.

F’azzjoni ta’ infurzar separata, l-Awtorità ssiġġillat kamra li kienet qed tintuża llegalment bħala parti minn ħanut tal-ħelu t f’żona residenzjali f’Ħal Qormi.