Lokali Qorti

Il-Qorti f’luttu wara l-qtil tal-Avukat Chircop: struzzjonijiet lill-avukati biex ma jirrappreżentawx klijenti

Il-Kamra tal-Avukati tat struzzjonijiet lill-avukati biex matul il-ġurnata ma jirrappreżentawx lill-klijenti tagħhom bħala sinjal ta’ luttu lejn il-kollega tagħhom, l-Avukat Carmel Chircop li nqatel dalgħodu b’tiri ta’ arma tan-nar fi Triq Ġanni Borg.

Dan ifisser li l-maġġoranza tal-każi li kellhom jinstemgħu llum fil-Qorti issa mhux se jinstemgħu għaliex smiegħ ma jistax isir fin-nuqqas ta’ avukat li jirrappreżenta lill-klijenti.

Mal-bieb ta’ barra tal-Qorti twaħħlet ukoll faxxa sewda bħala sinjal ta’ luttu għall-mewt tal-Avukat Chircop.