Internazzjonali

Il-qorti ta’ The Hague tgħaddi sentenza storika għal qerda ‘kulturali’ fil-Mali

Il-qorti kriminali internazzjonali li  għandha l-bażi tagħha f’The Hague, fl-Olanda, ikkundannat militanti Iżlamiku għal disa’ snin ħabs talli kien qered is-santwarji antiki f’Timbuktu, fil-Mali.

L-imputat, Ahmed al-Faqi al-Mahdi, ammetta li, fl-2012, kien mexxa ribelli li qerdu l-mausoleums ta’ valur imprezzabbli fl-inħawi speċifiċi ta’ Timbuktu, li huma ddikjarati bħala sit ta’patrimonju dinji.

Is-sentenza mit-tribunal ta’ The Hague hi, fil-fatt, ewwel waħda li tiffissa l-qerda tal- wirt kulturali u storiku bħala reat tal-gwerra.

Sadanittant, il-maġistrati f’The Hague qalu li l-militanti taħt akkuża kien wera dispjaċir għar-reat li wettaq. Din kienet anki l-ewwel darba li suspettat militanti Iżlamiku spiċċa pproċessat bil-liġi quddiem il-qorti f’The Hague.