Lokali

Il-Qtil tal-Omm f’San Ġiljan : Il-Pulizija qed iżżomm raġel barrani ta’ 33 sena

Il-Pulizija qed iżżomm raġel barrani ta’ 33 sena minn tas-Sliema biex jgħin fl-investigazzjonijiet dwar il-qtil makabru ta’ Caroline Magri, omm ta’ 41 sena f’appartament f’San Ġiljan.

Caroline Magri, omm ta’ 41 sena, għall-ħabta tal-ħamsa tal-Ġimgħa filgħaxija instabet maqtula fuq is-sodda b’daqqiet ta’ arma li taqta’ bil-ponta f’residenza fi Triq George P. Badger f’San Giljan.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.

Jirriżulta li l-vittma Caroline Magri, li kienet magħrufa mal-Pulizija, madwar sena ilu kienet sfat aggredita minn Djbril Ganiou ta’ 33 sena mit-Togo. L-akkużi li Ganiou kien tressaq il-Qorti dwarhom kienu li hedded, għajjar u kkaġuna ġrieħi ħfief lill-istess Magri.

Fuq l-ewwel żewġ akkużi, il-vittma Caroline Magri kienet ħafret lil akkużat. Fuq it-tielet akkuża Ganiou wieġeb li mhux ħati u għalhekk ingħata l-liberta’ provizorja fuq depożitu u garanzija personali.